Avviżi tal-Parroċċa

  

  Avviżi tal-Parroċċa

Il-Ħadd 18 ta' Novembru, 2018

 

It-Tnejn, il-Kummissjoni Djakonija ser torganizza żjara fir-residenza San Vinċenz de Paul.  Nitilqu minn quddiem il-knisja fid-9.15 a.m.  Min jixtieq jiġi magħna jinkiteb fis-sagristija s’għada l-Ħadd filgħodu.

 

Nhar il-Ġimgħa, fil-quddiesa tas-6.30 p.m., l-abbatini jiċċelebraw il-festa tal-qaddis protettur tagħhom San Tarċisju.

 

Nhar il-Ħadd, fl-10.00 a.m. ser isir seminar għall-ġenituri u t-tfal tal-ewwel tqarbina,.  Il-quddiesa tal-11.30 a.m. tkun animata mit-tfal.

 

Nhar il-Ħadd hija l-festa ta’ Kristu Re’.  Ser issir ċelebrazzjoni djoċesana li tibda fil-5.00 p.m. minn ħdejn il-monument ta’ Kristu Re’ fil-Floriana u wara jkun ċelebrat l-għasar fil-konkatidral ta’ San Ġwann.

 

Dawk il-ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-ewwel tqarbina jew il-griżma tal-isqof fil-parroċċa tagħna fl-2019 u jattendu l-katekiżmu barra l-parroċċa, huma mitluba jirreġistraw lill-uliedhom fl-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.

 

Il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru ser norganizzaw quddiesa fil-knisja parrokkjali tal-Qalb Immakulata ta’ Marija, Burmarrad u ikla f’lukanda l-Qawra.  Nitilqu minn quddiem il-knisja fis-6.30 p.m.  Biljetti mingħand Carmen Bezzina u Josette Zerafa.

 

Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni Familja ser torganizza irtir għall-familji fid-Dar tat-Talb Lunzjata, ir-Rabat.  Min jixtieq jieħu sehem jimla’ formola mis-sagristija mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa.  Il-postijiet huma limitati, għalhekk min japplika l-ewwel ikun jista’ jieħu sehem.

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Kors ta’ Kana li ser isir f’Jannar.  Booking mill-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju.  Importanti li jiġu l-koppja flimkien biex japplikaw.


Fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tal-Parroċċa, il-Kummissjoni Djakonija qed toffri l-opportunita’ lil dawk il-persuni li ma joħorġux minn djarhom, li tkun ċelebrata quddiesa fid-dar tagħhom.  Dawk li jixtiequ li ssir din il-quddiesa fid-dar tagħhom huma mitluba jikkuntatjawna.


Nixtiequ nagħmlu appell biex inżommu l-knisja nadifa.  Tajjeb li nirrispettaw lill-persuni oħra li jidħlu fil-knisja u lil min inaddaf il-knisja.

Minħabba li għall-quddiesa tas-6.00 a.m. qed jattendu ftit nies, din il-quddiesa mhux ser tibqa ssir.  Għalhekk, kemm il-Ħadd kif ukoll matul il-ġimgħa, l-ewwel quddiesa ser tibda tkun fis-7.00 a.m.

Ir-ritratti taż-Żjara Pastorali jistgħu jiġu ordnati minn fuq il-website www.knisja.org/ritratti.

Inħeġġukom tidħlu fil-paġna ta’ Facebook Parroċċa Santa Venera. Biex tkun aġġornati kontinwament bl-attivitajiet tal-Parroċċa u tkunu tistgħu żżommu kuntatt mal-Parroċċa.

Sar xi bdil fil-ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali. Il-ħinijiet il-ġodda huma dawn: it-Tnejn u s-Sibt mit-8.00 a.m. sad-9.00 a.m.; l-Erbgħa u l-Ġimgħa mill-4.30 p.m. sal-5.30 p.m.

Infakkru li min jixtieq jakkwista id-DVD tad-dramm mużikali Ikun li trid Int, li kien sar fil-knisja tagħna, jista’ jinkiseb mingħand il-Kappillan fis-sagristija.  

Niġbdu l-attenzjoni biex meta s-saċerdot jagħtina l-Barka fl-aħħar tal-quddiesa ma ngħidux il-kliem tas-Salib imma nwieġbu biss Ammen.


Jekk hawn xi tfajliet jew nisa li jixtiequ jidħlu fil-kor tal-parroċċa jistgħu jkellmu lill-kappillan jew lid-Direttur tal-Kor.

Dawk il-familji li jkollhom lil xi ħadd l-isptar jew f’xi Dar tal-Anzjani u jkunu jixtiequ li nżuruhom, huma mitluba javżawna u jagħtuna d-dettalji ta’ fejn qedgħin il-qraba tagħhom.

Min jixtieq jirċievi l-avviżi tal-parroċċa u l-vanġelu tal-Ħadd bl-email jista’ jibgħatilna fuq l-email tal-parroċċa.  Nistednukom ukoll iżżuru l-website tal-parroċċa li fiha ħafna informazzjoni, kif ukoll tidħlu fil-facebook tal-parroċċa li jkun aġġornat kontinwament. 

L-email tal-parroċċa huwa : This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.