Għaqdiet

GĦAQDIET:

Azzjoni Kattolika (rġiel, nisa)

Ċelloli ta’ Evanġelizzazzjoni

Grupp Familji Nsara

Grupp Kariżmatiku

Leġjun ta’ Marija (rġiel, nisa)

Mixja Neo-katekumenali

M.U.S.E.U.M. (sez. Maskili u sez. Femminili)

Terz’Ordni Karmelitan sekular

ŻAK 


Azzjoni Kattolika

Qegħdin 16 il-membru u niltaqgħu fiċ-Ċentru Parrokkjali kull nhar ta’ Erbgħa mid-9.15 am sal-10.15 am.  Il-lezzjoni jgħamililna Fr Joe Falzon.  Kull xagħrejn ngħamlu irtir barra l-parroċċa. Norganiżżaw ukoll quddiesa kull l-aħħar ġimgħa tax-xahar għar-romol tal-parroċċa. Din il-quddiesa issir fl-Istitut ta’ Apap fid-9.30 am.

L-Azzjoni Kattolika tiġbor fiha, ħidma reliġjuża, ħidma mar-romol, ħidma mal-morda u ħidma fl-oqsma tad-Djakonija u Liturġija fil-parroċċa.

Yvonne Scerri  -  Il-Presidenta


Grupp Familji Nsara

Il-Grupp Familji Nsara hija fergħa ewlenija tal-koppji miżżewġa tal-Moviment ta’ Kana.   Imħeġġin minn Patri Manwel Gatt O.Carm, is-sinjuri Joe u Tessie Grech waqqfu Grupp f’Santa Venera fl-20 ta’ Gunju 1972.   Mill-1979 Patri Robert Farrugia O.Carm. ilu chaplain tal-Grupp li l-lum huwa mmexxi minn Mario u Evelyn Farrugia.

 L-għanijiet tal-Gruppi Familji Nsara huma li:

  • Jiffurmaw koppji miżżewġin biex jgħixu l-ispirtu tal-Vanġelu fil-ħajja miżżewġa tagħhom;
  • Jiffurmaw komunità ta’ koppji miżżewġa biex:
  • Jgħinu lil xulxin fil-ħajja tagħhom;
  • Jagħtu xiehda bl-appostolat lil miżżewġin oħra;
  • Iwettqu ħidma fil-parroċċi jew entitajiet oħra parrokkjali b’kordinament ma’ friegħi oħra tal-Moviment ta’ KANA;
  • Iwettqu ħidma fuq bażi nazzjonali kemm bħala fergħa tal-Moviment ta’       KANA, kif ukoll ma’ għaqdiet u movimenti oħra.

 Il-Grupp jiltaqa’ kull l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fil-Kripta fis-7.30 pm fejn tkun iċċelebrata quddiesa u wara issir diskussjoni fuq katina ta’ SKEMI ippreparata mill-Kumitat Ċentrali.

Kull tielet ġimgħa tax-xahar il-Grupp jiltaqa' fil-Kappella tal-Adorazzjoni Perpetwa fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-7.30 pm fejn tinżamm siegħa adorazzjoni.

Tel: 21443895 / 21577606                              email: This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it. 


 Terzjarji Karmelitani    Santa Venera 

 

Il-Fraternità tat-Terzjarji Karmelitani ta’ Santa Venera  twaqqfet qabel ma Santa Venera saret Parroċċa fl-1918.  Infatti malli fit-30 ta’ Lulju 1912, il-Patrijiet Karmelitani ngħataw f’idejhom il-Knisja l-qadima ta’ Santa Venera, flimkien mal-Kunvent li jmiss magħha, huma mill-ewwel ħadu ħsieb iwaqqfu t-Terz Ordni Karmelitan.  Dan ifisser li l-ewwel għaqda reliġjuża fil-Parroċċa  kienet dik tat-Terzjarji, li kienet ġa teżisti fl-1913.  Skond ir-reġistri li għandna nsibu li fit-13 t’April 1913 inkitbu l-ewwel żewġ persuni fit-Terz Ordni Karmelitan ta’ Santa Venera. 

Minn dak iż-żmien ‘l hawn, it-Terz Ordni Karmelitan baqa’ dejjem jiffjorixxi - bħalissa, in-numru ta’ Terzjarji f’din il-Parroċċa jaqbeż il-mija u għaxra. Nisperaw li dan in-numru jkompli dejjem jiżdied, biex b’hekk aktar Vendriżi jibdew jiffurmaw parti mill-Familja Karmelitana.

Biex wieħed jidħol Terzjarju, irid:

L-ewwelnett jiġi approvat mill-Patri Assistent Spirtwali u l-Kunsill tat-Terz Ordni tal-lokal.

Wara, fix-xahar t’Ottubru, meta fil-Parroċċa tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna tal-Karmnu, issir il-Vestizzjoni tal-membri ġodda.

Sena wara l-Vestizzjoni ssir il-Professjoni Sempliċi fit-Terz Ordni.

Tlett snin wara l-Vestizzjoni ssir il-Professjoni Solenni fit-Terz Ordni.

Xi attivitajiet organizzati matul is-sena għat-Terzjarji jinkludu:

Konferenza u Adorazzjoni kull ewwel Erbgħa  tax-xahar mill-5.00 pm sas-6.00 pm fil-Knisja Parrokkjali;

Irtiri ta’ ġurnata jew nofs ta’ nhar 3 darbiet fis-sena, dejjem   f’xi lokalita’  barra mill-Parroċċa;

Eżerċizzi spiritwali fir-Randan u fl-Avvent;

Sehem fi purċissjonijiet fil-Parroċċa, li fihom it-Terzjarji jkunu lebsin il-Labtu l-kbir tal-Madonna tal-Karmnu;

Jiġu wkoll organizzati attivitajiet soċjali fosthom:

riċeviment li jsir f’Jannar biex insellmu s-Sena l- Ġdida  u ieħor qabel il-waqfa mill-attivitajiet  għax-xhur  ta’ Awwissu u Settembru

żjarat lil postijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Karmelitani u l-Madonna tal-Karmnu (eżempju viżta lill-Mużew u Kunvent tal-Karmnu fl-Imdina.) 

Il-Kunsill tat-Terz Ordni Karmelitan hu ffurrmat  minn:

Assistent Spiritwali:    Patri Joe Saliba O. Carm.

Animatur:                   John Vella Bondin BA

Segretarja:                 Isabelle Duncan

Asst. Segretarja:        Mary Mifsud

Teżoriera:                  Mary Zahra

PRO:                         Anthony Mifsud